
Fil-parrocca ta' Hal Tarxien, id-devozzjoni lejn il-Madonna tad-Duttrina ilha tezisti hafna iktar milli fil-fatt ilha mwaqqfa l-fratellanza li ggib l-istess isem. Fil-fatt fl-1748, fuq l-artal li hemm fil-kappellun faccata ta' l-artal tar-Ruzarju, twaqqfet il-Kongreazzjoni tad-Duttrina, bil-Madonna bhala padruna. L-iskop ewlieni ta' din l-ghaqda minbarra t-tixrid tad-devozzjoni, kien hemm ukoll it-taghlim tad-duttrina - bicca xoghol li aktar minn mija u hamsin sena wara bdiet issir mis-Socjeta tal-M.U.S.E.U.M.

Il-fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina kif nafuha illum twaqqfet nhar il-31 ta' Mejju 1874 bil-hidma tal-Kappillan ta' Hal Tarixen, Dun Paolo Lauron. Din il-fratellanza bdiet tiehu hsieb il-kappellun u l-artal li qabel kienu maghrufin bhalla tal-Karmnu u l-Erwieh tal-Purgatorju, minhabba l-kwadru kbir li sal-lum ghadu jezisti fuq dan l-istess artal. F'dan il-kwadru, li kien halla l-flus ghalih certu Giovanni Farrugia fit-testment tieghu, jidrhu l-Madonna u l-Bambin flimkien ma' San Filippu Neri u Sant'Antnin ta' Padova filwaqt li fil-parti ta' isfel hemm l-erwieh tal-Purgatorju. Il-festa bdiet issir nhar is-16 ta' Lulju. Imbaghad fis-sena 1745 fuq l-istess artal tpogga s-sotto-kwadru tal-Madonna tad-dawl.

Fl-1874, wara it-twaqqif tal-fratellanza, dan is-sotto-kwadru inbidel, u fl-istess sena l-pittur Ruman Pietro Gagliardi pitter il-kwadru tal-Madonna tad-Duttrina li wiehed ghadu jista' jara sal-lum. Tliet snin wara, il-fratellanza kellha wkoll l-istatwa taghha, xoghol fil-kartapesta ta' Glormu Darmanin, fejn il-figura maestuza tal-Madonna tinsab bil-wieqfa b'idejha miftuhin, filwaqt li l-harsa helwa taghha hija mixhuta fuq it-tlett itfal gharkopptejhom quddiemha. Il-pregju ta' din l-istatwa mhuwiex biss wiehed artistiku, izda jinsab ukoll fil-hsieb li hemm warajha-it-tfal li hemm quddiem il-Madonna jidher bic-car li huma gejjin minn klassijiet socjali differenti, u b'hekk jitwassal il-hsieb li quddiem Alla u Ommu Marija ma tezisti l-ebda differenza bejn foqra u sinjuri. Skond l-ircevuta originali mahruga mill-artist u li tinsab fil-kotba tal-fratellanza, din il-vara swiet 20 lira, sitt xelini u tliet soldi.

Il-fratelli ta' din il-fratellanza ma juzawx muzzetta, izda fil-purcissjonijiet jiddistingwu ruhhom mill-midalja li turi l-Madonna tad-Duttrina, kif tidherfil-kwadru fuq l-artal tal-fratellanza, u kurdun abjad bil-blu. Fil-folkor Tarxiniz, il-fratellanza tal-Madonna tad-Duttrina hija maghrufa bhala 'tal-fratas' jew inkella 'tas-serduk' , u fl-imghoddi l-festa kienet issir bi kbir, aktar u aktar meta l-festa tal-Lunzjata, li dak iz-zmien kienet tkun iccelebrata fil-25 ta' Marzu, kienet tahbat fir-Randan jew sahansitra fil-Gimgha Mqaddsa. Meta imbaghad il-festa tal-Lunzjata giet trasferita, il-festa tal-Madonna tad-Duttrina ma baqghetx issir daqshekk bil-kbir, izda b'xorti tajba ma ntilfitx, u llum nistghu nghidu li din il-festa hija l-unika wahda tax-xorta taghha f'pajjizna.

Sa issa fit-toroq ta' Hal Tarxien ma tezisti l-ebda nicca bl-istatwa tal-Madonna tad-Duttrina. Kif diga semmejna dan jista' jkun minhabba l-fatt li ghal xi zmien din id-devozzjoni kienet naqset xi ftit mill-popolarita taghha. Minkejja dan, din id-devozzjoni issa jidher li regghet rabbiet l-gheruq ghax fl-ahhar zmien fir-rahal taghna issemmiet triq ghall-Madonna tad-Duttrina, u fuq xi djar qed jidhru wkoll xi skulturi marbuta ma' din id-devozzjoni, bhal nghidu ahna dik li hemm fi Triq id-Dar tal-Kejka. Min jaf, forsi aktar 'il quddiem ghad titpogga wkoll xi statwa stradali f'xi wahda mill-wesghat li jezistu f'Hal Tarxien.

Illum mhux il-fratellanzi kollha huma attivi bhal ma kienet dari u whud minnhom huma fil-periklu li jibqghu jidhru biss fid-dokumenti tal-parrocca u fl-opri artistici li jkunu hallew warajhom. Jekk dawn jintilfu tkun tabilhaqq hasra u ghalhekk kull fratellanza ghandha tfittex li twessa' l-ghanijiet taghha, filwaqt li tibqa' thares l-iskop li ghalih tkun twaqqfet. Dan ghandu jghin biex ikunu salvati dawn l-ghaqdiet, li wara kollox huma sinjal tas-sisien kattolici ta' pajjizna u parti mill-wirt kulturali u religjuz li hallewlna missirijietna.