
Matul din is-sena qed ikun imfakkar il-mitejn sena mit-twelid tal-artist pittur Ruman, Pietro Gagliardi. Ir-rahal taghna qed jaghmel dan b'mod specjali. Dan ghaliex fil-Knisja Parrokkjali taghna ghandna zewg pitturi mghamulin minnhu, li huma ta' wirt artitsiku importanti ghar-rahal taghna kif ukoll ghal pajjizna.
Qed nirreferi ghall-Kwadru ta' Marija Annunzjata kif ukoll ghall-kwadru tal-Madonna tad-Duttrina
Pietro Gagliardi twieled f'Ruma u fforma l-arti tieghu fl-akkademija prestigjuza Rumana '' Accademia di San Luca'' . Hu attenda ghall-korsijiet tal-artisti Vincenzo Camuccini, Gaspare Landi u Tommaso Minardi. Ta' erbgha u ghoxrin sena iddebutta bi tliet bicciet xoghol ta' pittura fis-swali ta' ''Piazza del Popolo'' . Is-sena ta' wara zejjen il-kappella ta' Villa Borghese fi Frascati flimkien mal-artist Antonio Capalti, il-post fejn hemm ir-residenza tas-sajf tal-Papa. Fl-1842 ha sehem fid-dekorazzjoni tal-palazz Torlonia fi '' Piazza Venezia''.
Kien wiehed mill-artisti tac-ciklu rikonoxxut u mqabbad mill-Papa ''Pio Nono'' ghat tigdid u restawr tal-knejjes u bazilici ta' Ruma. Bis-sahha t'hekk ghamel hafna xoghol dekorattiv u pitturi religjuzi. Fost il-hafna knejjes li hadem fihom insibu li hadem ukoll f'wahda mill-aktar Bazilici importanti ta' Ruma, dik ta' ''San Paolo Fuor Le Mura''.
Wara d-definizjoni tad-domma tal-Immakulata fl-1854, hu pinga diversi pitturi b'dan is-suggett, fosthom dawk tal-knejjes ta' Santu Rokku, Santa Marija dell' Orto, San Vito u San Injazju. Hadem ukoll fuq hafna kummissjonijiet ohra minn princpijiet u benestanti f'Ruma u madwar Lazio. Minhabba l-fama tajba li kiseb, hadem ukoll hafna xoghlijiet religjuzi ghal barra mill-Italja. Xhieda ta' dan huma l-buzzetti u disinji tieghu li jinsabu fil-''Museo di Roma''. Malta wkoll hija xhieda ta' dan ghax hawn hafna xoghlijiet tieghu madwar diversi parrocci u knejjes Maltin. Barra tal-Annunzjata u tal-Madonna tad-Duttrina ta' Hal Tarxien, insibu ohrajn bhal kwadru titulari tal-Assunta tal-Gudja, u l-kwadru titulari ta' San Gejtanu tal-Hamrun. Pitter ukoll xoghol ghall-Katidral tal-Imdina il-kwadru bis-suggett il-''Patocinju tal-Madonna'' kif ukoll zewg lunetti laterali li juru l-Assunta u l-inkoronazzjoni tal-Madonna. Insibu wkoll kwadru ta' San Guzepp ghall-Arcikonfraternita ta' San Guzepp fil-knisja ta' Giezu tar-Rabat. Ghall-knisja parrokjali tal-Furjana pitter il-''Madonna tas-Sacro Cuor''. Fil-Belt Valletta nsibu wkoll kwadru zghir tal-Madonna tad-Duttrina fil-knisja ta' Santu Rokku, u fil-knisja ta' Santu Wistin insibu kwadru ta' San Guzepp. Ghall-knisja tal-Frangiskani ta' Putirjal ghamel kwadru tal-Kuncizzjoni. Ghall-Frangiskani ta' Giezu pitter kwadru ta' San Frangisk t'Assisi. Pittura ohra li ghal xi zmien kienet fil-Konkatidral ta' San Gwann, u llum qieghed fil-muzew tal-Katidral tal-Imdina hi tal-Madonna bil-Bambin izomm is-Salib.
Hadem ukoll bhala rittrattista (portraits), fejn eccella wkoll. Fost ir-rittratti li hadem awto-rittratti tul tliet fazijiet ta' hajtu. Ghamel wiehed meta kien ta' madwar 25 sena, iehor meta kellu madwar 40 sena u iehor meta kellu madwar 66 sena.
Ix-Xoghlijiet f'Hal Tarxien
Iz-zewg pitturi li ghandna Hal Tarxien ta' Pietro Gagliardi, ghandhom importanza partikolari ghalina. Il-kwadru titulari li jirrapprezenta l-Annunzazzjoni tal-Vergni Marija u l-kwadru tal-Madonna tad-Duttrina li ghanda l-Konfraternita li ggib l-istess titlu. Dwar l-ewwel wiehed diga nkiteb u ntqal tajjeb hafna minn kittieba differenti. Dawn it-tnejn tpittru fis-sena 1874. Xhieda ta' dan hija l-isem u d-data mpittra fuqhom stess. Hemm min jghid li dawn gew ikkommissjonati flimkien mill-Kappillan Dun Pawl Lauron u hemm min jghid li wiehed gie ordnat wara l-iehor. Ta' min jghid li l-Konfraternita tal-Madonna tad-Duttrina, kif ukoll kien prokuratur u benefattur taghha.
F'wiehed mill-kotba tal-fratellanza, dak ta' l-''Annualita'' , nsibu li Lorenzo u Carmela mizzewgin Cassar u binhom Giuseppe, fil-konsulta generali li saret fil-21 ta' Gunju 1874, gew ''giubilati'' (accettati fil-fratellanza) mill-fratelli kollha, minghajr hlas talli l-imsemmijja Cassar wieghedu li jhallsu l-ispiza ghall-Kwadru li jirrapprezenta lil Vergni Santissma taht it-titlu tad-Duttrina, patruna tal-fratellanza taghna.
Ircevuta li ghandha l-fratellanza innumerata ''49'' u data ta' 15 ta' Frar 1875, tghid b'kitba bit-Taljan u tradotta bill-Malti tghid:
''Qed nircievi, jiena iffirmat hawn taht, minghand il-Wisq Reverendu Sinjur Kappillan Dun Pawl Lauron f'liri effettivi tad-deheb, dsatax-il wahda, li jiswew 475,28 franki bhala prezz tal-Kwadru taz-zejt li juri lill-Beata Vergni tad-Duttrina xoghol tal-pittur celebri Galiardi ta' Ruma, u biex naghti is-somma imsemmija hawn fuq lill-Korrispondent tieghi is-Sinjur Kanonku Salvatore Souchet f'Ruma bhala inkarigat nghid 19 il-lira sterlina li jissarfu (Fr: 475.28)''. Din il-kitba ggib il-firma ta' Antonio Gerada.
Il-Kwadru
F'dan il-kwadru naraw il-figura kalma tal-Madonna bilqiegheda fuq tron jew katedra. Dan simbolu tal-awtorita' li tghallem. Il-ktieb miftuh, li jissimbolizza l-gherf, jinsab fuq hogor Marija li hi stess hi ''It-Tron ta' l-Gherf''. U dan l-gherf ta' Alla, hi twasslu lilna ghax hi Omm u ghalliema taghna. Dan qed jintwera li qed turi lejn dan il-ktieb. Figura prominenti fuq Marija hi dik tal-hamiema li tissimbolizza l-Ispirtu s-Santu li hu l-qawwa t'Alla li nizlet fuqha u ghattietha. Il-figura tal-Madonna hi mlibbsa t-tunika hamra u mant blu skont il-vena ikonografika tradizzjonali. Haga komuni hafna fil-figuri tal-Madonna li ghamel Pietro Gagliardi hi li il-velu fuq ras il-Madonna hu trasparenti. Hekk ukoll hu f'dan il-kwadru kif ukoll f'dak tal-Annunzazzjoni taghna.
Kwadru ta' livell bhal dan kien jixraq li jkollu gwarnic mill-isbah. Hekk sar, u l-fratellanza hasbet ghal dan billi tqabbad l-iskultur Franku Faure' biex hadmu, Dwar min ghamel id-disinn tieghu ghad ma nafux fic-cert. Izda fil-Katidral tal-Imdina hemm zewg kwadri fuq kull naha tal-artal maggur u dawn jixbhu l-gwarnic tal-Madonna tad-Duttrina. Ix-xebh qieghed kemm ghax huma ovali kif ukoll fl-istil tad-disinn. Dawn il-kwadri tal-Imdina huma disinn ta' Pietro Gagliardi. Tghid il-gwarnic tal-Madonna tad-Duttrina hu wkoll ta' Pietro Gagliardi? Jekk hu hekk din il-bicca xoghol hi tassew kompluta u il-valur artistiku taghha hu ta' importanza akbar, kemm ghall-parrocca taghna kif ukoll lil hinn minnha.
Pietro Gagliardi miet ta' 81 sena fil-belt ta' Frascati barra minn Ruma fl-1890. Hu kien u ghadu meqjus bix-xieraq bhala artist celebri tal-istil romantiku purista Ruman kif ukoll bhala wiehed minn dawk li wrew fil-figuri tal-Madonna l-messagg li xtaqet twassal il-Knisja Kattolika permezz tal-arti. L-arti hi wahda mill-media li permezz taghha tista' titwassal id-Duttrina lill-poplu kollu.
Tgharif migbur mill-fuljett " Tal-Festa tad-Duttrina ta' l-2009"