Madonna Tad-Duttrina- Tarxien

Festa Sekondarja

 

Innu Marc lill-Madonna tad-Duttrina

Hal Tarxien

 

O Madonna tad-Duttrina,  

B'qalbna kollha infahhruk.

Twarrab qatt mill-harsien tieghek

Lil uliedek li jhobbuk.

 

Kun ghalina dawl fid-dalma,

ghajn ta' farag fl-ikbar diq;

b'kelmtek gharfa, jekk tmexxina,

nibqghu shah matul it-triq.

 

Qatt u qatt m'ahna se nhallu

l-gieh u l-qima li naghtuk:

kif habbewk missirijietna,

nibqghu dejjem inhobbuk.

 

Ahna hawnhekk migbura nwieghdu

lilek, helwa u hanina,

li naghtuk kull gieh kif jixraq

b'dan it-titlu tad-Duttrina.

 

Qatt u qatt m'ahna se nhallu

l-gieh u l-qima li naghtuk:

kif habbewk missirijietna,

nibqghu dejjem inhobbuk.

Merhba

Membri Godda

Matthew Tabone Tarxien Rainbows Supporters Club 

Kalendarju

No upcoming events

Recent Blog Entries

No recent entries

Recent Forum Posts

No recent posts