Madonna Tad-Duttrina- Tarxien

Festa Sekondarja

L-istatwa tal-Madonna tad-Duttrina skond ix-xjuh

Meta gew biex jaghmlu l-istatwa tal-Madonna tad-duttrina, il-kappillan u l-fratellanza riedu jaraw lil min kienu se jqabbdu ghak din il-bicca xoghol, L-ghazla waqghet fuq Glormu Darmanin (1834-1879) artist imwieled l-Isla, izda li ghal xi zmien kellu l-bottega tieghu gewwa l-Floriana. Hu kien jahdem vari tal-kartapesta, u jaghmel xoghol ta' lapidi ta' l-irham. Glormu kien in-neputi ta' karlu Darmanin (1825-1909), stattwarju iehor bravu hafna. Fost ix-xoghlijiet l-ohra li ghamel Glormu Darmanin insibu l-istatwa tas-Sacro Cuor f'Tas-Sliema.

 

 

Glormu Darmanin kien ra bosta statwi jew kwadri ohra tal-Madonna tad-Duttrina, li kollha kienu juru lill-Madonna bilqieghda fuq it-tron imdawra b'xi zewgt itfal. Izda hu, bhala skultur tajjeb li xtaq jaghmel xi haga originali, holoq vara bi hsieb marbut mas-sitwazzjoni socjali ta' dak iz-zmien. Kien zmien meta hafna hassieba bdew jiktbu dwar id-drittijiet tal-haddiem u s-sehem li s-sinjur kellu jaghti fil-qasam industrijali. F'hafna pajjizi ta' l-Ewropa kienet ghaddejja ir-Rivoluzzjoni Industrijali u hafna haddiema kienu qed ihallu djarhom biex imorru jahdmu gewwa l-fabbriki. Is-socjeta ma kinetx baqghet maqsuma bejn in-nobbli sinjur u l-bidwi fqir, ghax bejn dawn it-tnejn kienu dahlu wkoll is-sidien fabbriki li ghalkemm ma kienux nobbli, xorta kellhom flus kemm jesa' gildhom. Minn dawn l-izviluppi kollha, Darmanin hareg bl-idea ta' tlett itfal gharkupptejhom quddiem il-Madonna.

 

 

Din il-vara hija unika f'Malta u hafna  jahsbu li hi l-ahjar xoghol ta' Glormu Darmani. Fin-nofs hemm il-figura materna tal-Madonna li d-daqs taghha jiddomina fuq il-figuri tat-tliet itfal gharkupptejjom quddiemha. B'hekk l-artist ried iwassal il-messagg tal-Madonna bhala omm, li bilmant taghha tipprotegi lit-tlett itfal mill-hazen tad-dinja.

 

 

It-tfal jirraprezentaw, it-tliet klassijiet socjali: in-nobbli, il-bdiewa fqar u l-klassi tan-nofs maghmula min-nies tat-tajjeb li saru sinjuri permezz tax-xoghol taghhom. Mill-klassi tan-nobbli, f'Hal Tarxien dak iz-zmien kellna l-familji Barbaro Sant di San Giorgio, Cassar de Sain u Testaferrata Moroni Viani, filwaqt li bdiewa u rahhala fqar kellna kemm trid. Fl-istatwa ta' Darmanin dawn jidhru magenb xulxin, b'id in-nobbli fuq spallejn il-fqir. In-nobbli jidher liebes l-ahjar ilbies u sandli sabih, filwaqt li l-fqir huwa hafi u lbiesu maghmul minn drapp ta l-ixkejjer. It-tifel l-iehor li qieghed wahdu, jirraprezenta l-klassi tan-nofs li f'Hal Tarxien ma tantx kellna minnha, ghajr forsi l-familja Barbara, Calleja u Abela, li kellhom hafna artijiet u ghelieqi, anke barra mir-rahal, u li billi fihom kienu jkabbru l-qoton ghall-esportazzjoni, kienu jhaddmu n-nies maghhom.

 

 

 Ix-xjuh taghhna jghidulna li meta l-iskultur Glormu Darmanin, gie biex jaghmel din l-istatwa ried isib tlett itfal minn Hal Tarxien biex jippuzawlu. L-ewwel ma sab kien lit-tifel il-kbir tal-Markiz Cassar De Sain, li kien joqghod fil-Villa ta' l-Isqof Abela li hemm quddiem il-Kappella ta' San Bert fi Triq il-Kbira, biex fuqu jimmudella t-tifel nobbli. Bhala tifel fqir ghazel lil bin Anni tal-'Pacocc' li kienet toqghod fi Triq Sant' Anna u li f'xjuhitha kienet marret toqghod fi Sqaq numru 1 , wara l-Bjut. It-tifel l-iehor kien jismu Gorg Scriha, li ghalkemm kien joqghoq Hal Tarxien kellu l-familja tieghu mill-Isla. L-iskultur ghamel bicca xoghol tajba hafna u lil dawn it-tlett itfal gabhom jixxiebhu sew, tant li meta l-istatwa nharget ghall-ewwel darba, in-nies ta' Hal Tarxien, mill-ewwel gharfu min kienu. Xi whud jghidu li wicc il-Madonna, l-iskultur hadu minn fuq Sera Dalli tas-'Suffari' li kien joqghod fi Triq Palma.

 

 

Ix-xjuh taghna jkomplu jghidulna li dawk it-tlett itfal mietu b'mod kemmxejn stramb, fi zmien sentejn minn meta kienu ppuzaw ghall-iskultura. It-tifel tal-markiz kien qed jilghab  fil-gnien tal-Villa u waqa' f'bir fond u bla ilma, wara li xi hadd kien nehha l-herza biex jinzel jibbatma l-bir. It-tifel fqir, bin l-armla li kienet taqla' ftit flus mill-karita jew billi taghmel xi hasla ghand in-nies, qabdu deni kbir habta u sabta, u miet fi ftit granet. Fl-ahharnett, Gorg Scriha kien ghaddej minn qalb l-ghelieqi ta; madwar ir-rahal, meta ntlaqat b'tir ta' senter u miet ukoll. In-nies ta' Hal Tarxien impressjonaw ruhhom hafna b'dawn il-grajjiet, u baqghu mhassbin dwar kif dawn it-tlett itfal kellhom imutu wara xulxin fi zmien hek qasir.

 

 

Aktar tard, fl-1895, meta Guze Cali kien qieghed ipitter l-erba' evangelisti ta' taht il-koppla tal-Knisja Parrokjali, xtaq li jkollu tifel minn Hal Tarxien, biex jippuzalu. Ghalhekk Cali talab lil Grezz ta' 'Xniekel' biex ipingi t-tifel taghha, li kien maghruf ma' Hal Tarxien kollu bhala Wenzu 'Haxixa'. Izda l-omm ma ridetx, ghax dak li kien gara lit-tfal li ppuzaw ghal Darmanin kienu ghadu frisk f'mohh it-Tarxinizi u ghalhekk qaltlu li min jippoza ghal xi ritratt imut f'qasir zmien! Cali talab lil omm Tankredi Agius, maghruf bhala ta' 'Wiza' li kellhom il-hanut ta' l-inbid fil-misrah tar-rahal. Milli jidher din l-omm ma kinetx tbati bis-superstizzjonijiet u lil Cali ma qaltlux le. Ta' min jghid li kemm Wenzu 'Haxixa' kif ukoll Tankredi ta' 'Wiza' ghexu fit-tul u mietu snin wara t-Tieni Gwerra Dinjija.

 

 

Dawn l-istejjer smajthom minn diversi nies minn Hal Tarxien fosthom is-sur Cikku tas-Sanita, il-Kavallier Rafel Bonnici Cali, u Gejtana Farrugia mwielda Portelli, Gorg Scriha - spizjar mill-Isla u hafna iktar. Hawn min jghid li dawn il-grajjiet huma biss  qlajjiet, izda fl-ahhar mill-ahhar l-ghidut tax-xjuh ukoll huwa parti importanti mill-folklor Tarxiniz.

 

Tgharif migbur mill-fuljett "Tal-festa tad-Duttrina ta' l-2002"

Merhba

Membri Godda

Duttrinist^^^Alexandra 

Kalendarju

No upcoming events

Recent Blog Entries

No recent entries

Recent Forum Posts

No recent posts